EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Skema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf

Ħarsa ġenerali​

It-Taqsima tal-Għotjiet ta’ Manteniment lill-Istudenti (SMGU), fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizz Pubbliku fi ħdan id-Diviżjoni tal-Poplu u Standards fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qiegħed jistieden lill-istudenti li qegħdin full-time biex japplikaw għall-Iskema ta' Esposizzjoni ta’ Xogħol tal-Istudenti fis-Sajf 2026.


X’ser​ tingħata

Opportunitajiet ta’ Xogħol fis-Sajf


Eliġibbiltà​​

Studenti full-time li jkunu qegħdin itemmu l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja 
tagħhom, (Sena 11/ Form V) matul is - sena kurrenti 2025-2026.

L-istudenti l-oħra kollha għandhom japplikaw taħt l=iskema  IPS Student Scheme - Summer + Programme amministrata mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS).


Kif tapplika​

L-istudenti interessati għandhom jissottomettu applikazzjoni online fuq: https://edurecruitment.gov.mt/

 

 

X’Għandu Jiġi Pprovdut mall-Applikazzjoni Online 

 

L-applikanti huma meħtieġa jtellgħu fuq l-applikazzjoni: 

 

▪ Studenti b’Karta tal-Identità Maltija: kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Karta tal Identità 

▪ Studenti barranin: kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Permess ta’ Residenza 

▪ Studenti mhux mill-UE: - 

kopji skannjati taż-żewġ naħat tal-Permess ta’ Residenza, u - 

kopja tal-permess tax-xogħol maħruġ minn Jobsplus 

 

Studenti li se jtemmu l-edukazzjoni sekondarja obbligatorja tagħhom matul is-sena skolastika kurrenti (2025–2026) għandhom ukoll jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kap tal-Iskola rispettiv li tikkonferma li temmew Year 11/Form V. 

 

Dawk li jonqsu milli jissottomettu d-dokumenti kollha meħtieġa b’mod korrett, inklużi l-kopji skannjati mitluba, jiġu skwalifikati mill-iskema. 

 

Dati tal-Applikazzjoni 

 

L-applikazzjoni tiftaħ nhar il-Ġimgħa, 24 ta’ April 2026 f’nofsinhar u tagħlaq nhar il Ġimgħa, 29 ta’ Mejju 2026 f’nofsinhar (ħin lokali). 

 

Fażijiet tax-Xogħol u Flessibbiltà 

 

L-istudenti huma meħtieġa jagħżlu qasam ta’ studju ta’ interess. Minħabba l-għad kbir ta’ applikanti, l-istudenti jiġu assenjati għal Phase/fażi waħda (1) li tikkonsisti minn erba’ (4) ġimgħat. 

 

L-istudenti ma jistgħux jaħdmu akta minn 80 siegħa. It-80 siegħa jinkludu assenza skużata u l assenza minħabba mard. Għaldaqsant ma jistax isir ħlas għal sigħat maħduma żejda jew mhux maħduma. 

 

Madankollu, l-istudenti jistgħu japplikaw għal: 

 

Phase/Fażi 1 biss, jew 

Phase/Fażi 2 biss, jew 

▪ għaż-żewġ Phases/Fażijiet (billi jissottomettu applikazzjoni separata għal kull Phase) L-

 

Applikazzjonijiet għaż-żewġ Phases/fażijiet iżżid il-flessibbiltà u l-possibilita` li l-applikanti jingħataw oppotunita` ta’ xogħol. 

 

In-numru ta’ postijiet disponibbli jiddependi fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet li nirċevu minn min iħaddem fis-Servizz Pubbliku/Settur Pubbliku. 

 

Wara l-proċess ta’ verifika, studenti eliġibbli jkunu meħtieġa jagħmlu test online. Dawn jiġu nfurmati b’stedina fil-kalendarju, bid-data u l-ħin tat-test, lil dawk li jirriżulta li jkunu eliġibli. 

 

L-assenjament jiddependi fuq: 

 

▪ it-talbiet li jkunu saru minn min iħaddem 

▪ il-klassifikazzjoni tal-applikanti fit-test onlajn 

 

Peress li din hija skema ta’ esperjenza ta’ xogħol, l-SMGU mhix obbligata li tassenja lill istudenti skont il-qasam ta’ studju magħżul minnhom. 

 

Fażijiet tax-Xogħol 

 

• Phase/Fażi 1: Mis-6 ta’ Lulju 2026 sal-31 ta’ Lulju 2026 

• Phase/Fażi 2: Mit-3 ta’ Awwissu 2026 sal-4 ta’ Settembru 2026 (minbarra l-ġimgħa ta’ Santa Marija, jiġifieri bejn l-10 ul 14 ta’ Awwissu). 

 

Ħlas u Drittijiet

 

Il-ħlas huwa stabbilit b’rata ta’ €8.51 fis-siegħa, skont l-Iskala tas-Salarju 16 tas-Servizz Pubbliku. 

 

L-istudenti huma ntitolati għall-benefiċċji li ġejjin għal kull fażi: 

 

Assenza Skużata (Vacation Leave) 7 sigħat  
Bonus  €10.39 
Suppliment tad-Dħul €9.32 
Assenza Minħabba Mard (Sick Leave) 8 sigħat b’paga sħiħa 8 sigħat b’nofs paga

 

Ghal iktar informazzjoni l -istudenti huma mħeġġa biex jaccessaw is - sit: https://stipendsandgrants.gov.mt 


Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection