EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

SpLD Webinar

Ħarsa ġenerali​

Is- Servizz tal-SpLD joffri sensiela ta’ webinars onlajn mingħajr ħlas lill-ġenituri/kustodji legali fejn jingħata tagħrif u strateġiji prattiċi lill-ġenituri/kustodji legali sabiex jistgħu jkunu ta’ sapport id-dar lil tfal li għandhom id-dislessija.


X’ser​ tingħata

Dawn is-sessjonijiet li jkunu ta’ madwar siegħa u nofs/sagħtejn isiru fuq Microsoft Teams ikopru diversi temi bħalma huwa l-mod ta’ kif isir il-qari, il-mod ta’ kif wieħed ikun iktar organizzat f’dak li jagħmel, attitudnijiet pożittivi u kif ukoll jingħataw strateġiji ta’ kif isir l-istudju d-dar. Il-ġenituri/kustodji legali jingħataw l-għodda neċessarja ta’ kif jgħinu lil uliedhom id-dar irabbu l-kunfidenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ qari li jibda jitqies bħala xi ħaġa li jieħdu pjaċir jagħmlu u tibda tkun xi ħaġa ta’ rutina. Permezz ta’ dawn il-webinars il-ġenituri/kustodji legali jkunu qed jikkumplimentaw dak li jkun qed isir fl-iskola.


Eliġibbiltà​​

Dawn il-webinars huma mmirati għal ġenituri/kustodji legali li għandhom tfal bid-dislessija u anke għal dawk li jkunu qed jissuspettaw li t-tfal tagħhom jistgħu jkunu dislessiċi minn eta’ ta’ kindergarten sas-snin tal-iskola sekondarja.


Kif tapplika​

imla l-formola ladarba tiġi nnotifikata mill-iskola


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Il-ġenituri/kustodji legali jkunu informati b’dawn il-webinars permezz ta’ ċirkolari li tintbagħat lill-iskejjel kollha

  • It-2 pass: Ir-reġistrazzjoni ssir permezz ta’ mili ta’ formula onlajn bid-dettalji kollha.

  • It-3 pass: Wara r-reġistrazzjoni tintbagħat link ftit jiem qabel kull webinar biex fil-ġurnata min jirreġistra jkun jista’ jidħol onlajn fuq MS Teams.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection