Is-Servizzi ta’ Profiling & Guidance fil-Lino Spiteri Foundation huma mfassla biex jappoġġjaw id-dħul jew id-dħul mill-ġdid ta’ persuni b’diżabilità f’impjiegi inklużivi u sostenibbli. Dawn is-servizzi jipprovdu valutazzjoni komprensiva u personalizzata tal-ħiliet, il-kapaċitajiet, il-preferenzi u l-bżonnijiet ta’ kull individwu permezz ta’ appuntamenti regolari ma’ Eżekuttiv tal-Profiling & Guidance assenjat għalihom. L-għan tagħna huwa li nqabblu l-individwi ma’ opportunitajiet ta’ xogħol sinifikanti f’ambjenti inklużivi fejn jistgħu jirnexxu.
Is-Servizzi ta’ Profiling & Guidance tagħna jinkludu diversi oqsma ewlenin:
• Valutazzjoni individwali, ippjanar tal-karriera u twaqqif ta’ miri
• Profiling vokazzjonali u identifikazzjoni ta’ servizzi ta' appoġġ
• Gwida u riferimenti għal servizzi ta’ appoġġ rilevanti
• Involviment u kollaborazzjoni ma min iħaddem
• Monitoraġġ kontinwu u job carving
Dawn is-servizzi huma mfassla biex isaħħu lill-persuni b’diżabilità biex isegwu karrieri sodisfaċenti, jippromwovu d-diversità u l-inklużjoni fuq il-post tax-xogħol, u jiffaċilitaw job matching aħjar — fl-aħħar mill-aħħar jonqos t-turnover filwaqt li tiżdied l-indipendenza u l-parteċipazzjoni soċjali.
It-tim tal- Profiling & Guidance jaħdem mill-qrib mat-tim tar-Relazzjonijiet Korporattivi, li jinvolvu ruħhom ma’ min iħaddem madwar Malta u Għawdex biex jiżviluppaw u jadattaw rwoli sostenibbli li jaqblu mal-abbiltajiet u l-aspirazzjonijiet ta’ kull individwu.
Individwi b'diżabilità rreġistrata li qed ifittxu impjieg b'mod attiv u li huma fl-età li persuna titlaq mill-iskola.
Ladarba individwu b'diżabilità rreġistrata jkun interessat li jfittex impjieg jew ikun interessat f'opportunitajiet ta' impjieg alternattivi, jista' jikkuntattja lil Lino Spiteri Foundation fuq 2220 1761 jew permezz tal-email fuq [email protected]. Aktar informazzjoni tista' tinstab ukoll fuq il-website tagħna: www.linospiterifoundation.org
