EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Skola Nazzjonali tal-Isport

Ħarsa ġenerali​

Studenti tas-sitt sena minn skejjel primarji li jattendu skejjel tal-istat, tal-Knisja u indipendenti jistgħu japplikaw għad-dħul fl-iskola Nazzjonali tal-Isport, sakemm l-applikazzjoni tagħhom tkun approvata min-nursery jew klabb affiljat ma’ Federazzjoni jew Assoċjazzjoni Nazzjonali rikonoxxuta.

 

Il-proċess tal-provi fiżiċi jikkonsisti f’żewġ stadji: trials fl-isport magħżul u test tal-kundizzjoni fiżika. Minbarra l-prestazzjoni sportiva, ir-riżultat akkademiku huwa essenzjali; l-applikanti jridu jiksbu minimu ta’ 50 marka fi tlieta mill-erba’ suġġetti ewlenin (Matematika, Ingliż, Malti jew Malti bħala lingwa barranija, u Xjenza) biex ikunu eliġibbli għad-dħul fl-iskola Nazzjonali tal-Isport. Nuqqas f’suġġett wieħed, ifisser li l-applikant ma jistax jipproċedi bl-applikazzjoni. 

 

Id-dokumenti kollha meħtieġa jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni indikata fuq din l-applikazzjoni u jittellgħu lura  minn hawn taħt. Ladarba jiġu sottomessi d-dokumenti mitluba, l-applikanti jirċievu awtomatikament konferma li l-applikazzjoni tagħhom ġiet sottomessa.   
 


X’ser​ tingħata

L-istudenti kollha li jixtiequ jidħlu fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport jistgħu jużaw din il-formola tal-applikazzjoni online, li tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex japplikaw. Il-ġenituri jistgħu jniżżlu informazzjoni u linji gwida importanti dwar kif se tipproċedi l-applikazzjoni u kif se jsiru l-provi (trials) u t-testijiet tal-fiżika. Hija inkluża wkoll informazzjoni dwar l-aspett akkademiku u l-marki minimi meħtieġa f'kull suġġett ewlieni (core subject).


Eliġibbiltà​​

Studenti tas-Sitt Sena (Year 6) li, matul l-aħħar tnax-il xahar, attendew taħriġ ma’ klabb rikonoxxut jew nurseries affiljati ma’ Assoċjazzjoni Nazzjonali jew Federazzjoni rikonoxxuta mill-Kumitat Olimpiku Malti.


Kif tapplika​

Il-ġenituri jistgħu jaċċessaw il-formola online permezz ta' link jew permezz tal-midja soċjali. Wara li jimlew il-formola bid-dettalji meħtieġa u jtellgħu d-dokumenti kollha neċessarji, huma jistgħu jibagħtuha billi jagħfsu l-buttuna ‘submit’. Kull applikant jirċievi acknowledgement malli jibgħat il-formola. Il-Bord għad-Dħul fl-Iskola tal-Isport, iċċekkja s-sottomissjonijiet kollha biex jiżgura li d-dokumenti kollha meħtieġa huma mehmuża u li kull sottomissjoni tilħaq il-kriterji tal-eliġibbiltà. Ladarba tiġi approvata, kull applikant jirċievi konferma li s-sottomissjoni saret b'suċċess u ġiet aċċettata.


Applika

Kronoloġija

  • Ġurnata

    Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 35 jum

    Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • Ġurnata

    Applikazzjoni kompluta

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection