Il-Programm għall-Atleti Żgħar ta’ Special Olympics huwa programm ta’ logħob għal tfal żgħar li jista’ jkollhom jew ma jkollhomx diżabilità intelletwali u li għandhom bejn it-3 u l-10 snin. Il-Programm Young Athletes jintroduċi ħiliet sportivi bażiċi bħal ġiri, ixxutjar u tfiegħ tal-ballun. Il-programm jiffoka fuq attivitajiet ibbażati fuq il-logħob li jgħinu fl-iżvilupp tal-moviment, ħiliet soċjali u emozzjonali u tat-tagħlim.
Il-Programm għall-Atleti Żgħar jipprovdi lit-tfal ta’ kull abbiltà bl-istess opportunità
biex javvanzaw f’miri ta’ żvilupp kruċjali. It-tfal jitgħallmu kif jilagħbu ma’
ħaddieħor u jiżviluppaw ħiliet importanti għat-tagħlim. Jitgħallmu wkoll
jaqsmu, jistennew u jsegwu
d-direzzjonijiet.
Dawn il-ħiliet jgħinu lit-tfal fil-familja, fil-komunità u waqt attivitajiet fl-iskola.
Il-Programm għall-Atleti Żgħar huwa mod pjaċevoli biex it-tfal
jibqgħu attivi u jistabbilixxu drawwiet sani
għall-futur. Huwa importanti li t-tfal jitgħallmu dawn id-drawwiet minn età
żgħira, sabiex ikun hemm bażi soda għal ħajja ta’ attività fiżika, ħbiberiji u
tagħlim.
It-tfal kollha ta’ bejn it-3 u l-10 snin jistgħu japplikaw. Skont l-abbiltajiet tagħhom, xi tfal (ta’ bejn it-8 u l-10 snin) jistgħu jingħaqdu ma’ dixxiplina sportiva speċifika.
It-tfal kollha b’diżabilità intellettwali jridu jimlew formola ta’ reġistrazzjoni li tista ssiba fuq Get Involved | Special Olympics Malta. Ladarba l-atleta jkun irreġistrat fis-sistema, jintalab jipparteċipa f’sessjoni ta’ taħriġ ta’ evalwazzjoni u jiġi mitlub jimla formola medika. L-atleta jingħaqad ma’ grupp bi programm skont l-abbiltà tiegħu/jew tagħha.
Rekwiżit Mediku: Formola medika hija obbligatorja u trid tiġi aġġornata kull sentejn.
