Tfal sa l-età ta’ 15-il sena li huma rreġistrati b’Karta Ewropea tad-Diżabilità (maħruġa minn Aġenzija Sapport) jistgħu japplikaw għal rifużjoni sa massimu ta’ €750 fis-sena.
Karta Ewropea tad-Diżabilità (maħruġa minn Aġenzija Sapport) u rifużjoni massima ta’ €750 fis-sena biex tkopri l-ispejjeż relatati ma’ sessjonijiet ta’ terapija pprovduti minn terapista għal tfal b’diżabilità li għandha liċenzja jew warrant .
Tfal sa l-eta' ta 15-il sena.
Imla l-formola tal-applikazzjoni u ibgħatha flimkien ma’ kopja tal-fattura fiskali jew irċevuta pprovduta mit-terapista lis-CRPD. Tista’ tibgħatha bl-email fuq [email protected] jew bil-posta lil: CRPD, G5 Offices, Triq Salvu Psaila, Birkirkara, BKR 9077
Informazzjoni Addizzjonali:
Fil-każ li l-ġenituri huma separati jew ħallsu għat-terapija flimkien, għandhom jiġu sottomessi żewġ formoli ta’ applikazzjoni u r-rifużjoni sa €750 tinqasam bejn l-applikanti skont il-proporzjon tal-ispejjeż imħallsa.
Ċekkijiet jinħarġu kull tliet xhur. CRPD titlob il-fondi għal kull applikazzjoni riċevuta u mbagħad iċ-ċekkijiet jintbagħtu bil-posta meta l-Ministeru jibgħat il-fondi biex ikopri l-ammonti dovuti.
Jekk xi ħadd japplika f’Lulju, il-ħlas isir f’Ottubru peress li l-ċekk jaqa’ fit-tielet kwart li jintemm fl-aħħar ta’ Settembru. Jista’ jintbagħat qabel jekk CRPD tirċievi l-fondi immedjetament.
