EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Il-Programm KIDs

Ħarsa ġenerali​

Il-programm KIDs huwa wieħed mis-servizzi offruti mir-Richmond Foundation, NGO lokali li tappoġġja lil persuni li qed jesperjenzaw problemi ta’ saħħa mentali fil-komunità. Dan il-Programm huwa appoġġjat permezz ta’ Sħubija Soċjali Pubblika bejn ir-Richmond Foundation u l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.


X’ser​ tingħata

Il-Programm KIDs in Development huwa programm residenzjali u ta’ mġieba għal tfal bejn is-7 u t-13-il sena. Dan il-programm ta’ tliet snin jgħin lit-tfal li għaddew minn esperjenzi negattivi severi fil-bidu ta’ ħajjithom u li, bħala riżultat, jibdew juru firxa ta’ mġieba diffiċli u severa. Għalhekk, dawn it-tfal ikunu jeħtieġu programm imfassal apposta biex jgħinhom jindirizzaw dawn il-bżonnijiet u biex jitgħallmu ħiliet fuq livell prattiku, emozzjonali u relazzjonali.


Eliġibbiltà​​

Tfal ta' bejn 7 u 10 snin


Kif tapplika​

Dan il-programm ta’ tliet snin huwa maħsub għal tfal li jkunu bejn is-7 u l-10 snin fil-mument tar-referenza. Ir-referenzi jiġu aċċettati wara li jkunu sottomessi minn social worker mill-Fondazzjoni tas-Servizzi ta’ Għajnuna Soċjali.






Informazzjoni addizzjonali

Għal aktar informazzjoni żur:
https://www.richmond.org.mt/our-services/kids/
Jew ibgħat email fuq: [email protected]

 

Kronoloġija

  • L-1 pass: Is-social worker mill-Fondazzjoni tas-Servizzi ta’ Għajnuna Soċjali jimla l-formola tar-referenza.

  • It-2 pass: Ir-referenza tintbagħat lir-Richmond Foundation.

  • It-3 pass: Uffiċjal tal-irkupru tas-saħħa mentali mill-programm KIDs jikkuntattja lis-social worker li għamel ir-referenza, u jibda l-proċess ta’ valutazzjoni biex jiġi stabbilit jekk it-tifel/tifla huwiex/hijiex eliġibbli għall-programm.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection