EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Aqra d-Dar

Ħarsa ġenerali​

Aqra d-Dar huwa servizz taself takotba bla ħlas immexxi mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Jinkoraġġixxi lit-tfal u ż-żgħażagħ biex jaqraw ġħall-gost billi jagħtihom aċċess għal firxa wiesgħa takotba adattati għall-età tagħhom bil-Malti u bl-Ingliż. Il-familji jistgħu japplikaw online biex jirċievu sett takotba tal-għażla taġħhom u jitwasslulhom direttament f’darhom. Ladarba jaqraw il-kotba jistgħu jitolbu ordni ġdida billi jimlew l-istess formola taapplikazzjoni. Is-servizz jippromwovi l-imħabba għall-qari fil-kumdità tad-dar u huwa miftuħ għat-tfal u ż-żgħażagħ madwar Malta u Għawdex.


X’ser​ tingħata

L-istudenti se jirċievu pakkett ta’ kotba b’xejn bil-Malti u/jew bl-Ingliż, magħżula minnhom jew mill-ġenituri/kustodji tagħhom skont l-età u l-interessi tagħhom. Ladarba jaqraw il-kotba, jistgħu jitolbu sett ġdid ta’ kotba billi jimlew l-istess formola ta’ applikazzjoni. Il-kotba mbagħad jiġu mibdula, bil-qodma jinġabru meta jitwasslu l-ġodda, u b’hekk ikun faċli u divertenti li tibqa’ taqra regolarment.


Eliġibbiltà​​

L-istudenti kollha ta’ bejn 0 u 17-il sena


Kif tapplika​

https://forms.office.com/e/CJhjY8P3sQ


Informazzjoni addizzjonali

Min jissellef irid jimla kwestjonarju qabel ma jkun jista’ jissellef il-kotba.  


Applika

Kronoloġija

  • Il-kotba jistgħu jiġu mislufa sa 5 ġimgħat

    L-1 pass: L -għażla tal-kotba (Dawk interessati jistgħu jaraw il-katalgi tagħna online)

  • It-2 pass: Sottomissjoni tal-Applikazzjoni (Dawk interessati jissottomettu applikazzjoni bl-għażla tal-kotba)

  • It-3 pass: Tqassim tal-Kotba (L-applikanti jiġu kkuntattjati biex jiftiehmu dwar il-konsenja tal-ordni)

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection