Dan il-programm jintroduċi lill-istudenti tar-4 Sena għall-interessi komuni bejn il-preparazzjoni għad-dinja tax-xogħol u l-għanijiet tat-tagħlim tal-istudji soċjali fl-iskola primarja, inkluż kif iċ-ċittadini jibbenefikaw u jikkontribwixxu għas-suċċess tal-komunità, u r-rwol tagħhom.
It-tfal jiskopru l-identità ta’ komunità, l-attivitajiet, in-nies u x-xogħlijiet tagħha. B’mod sempliċi, l-istudenti jistudjaw ukoll ir-responsabbiltà soċjali tan-negozji u r-rwol tal-gvern fl-ekonomija.
Il-klassijiet isiru minn voluntiera ta’ JA Malta, fuq medda ta’ erba’ sigħat, u jkunu disponibbli meta mitluba matul is-sena skolastika. Is-sessjonijiet jistgħu jitwasslu separatament jekk ikun hemm limitazzjonijiet ta’ ħin.
L-Għanijiet tal-programm jinkludu l-ħila li:
- Tiddeskrivi komunità
- Tidentifika varjetà ta’ karrieri li n-nies ikollhom f’komunità, u kif kull xogħol jirrikjedi ħiliet speċifiċi
- Tidentifika kif ix-xogħlijiet tan-negozji u tal-gvern jgħinu komunità
- Tispjega kif it-taxxa issostni s-servizzi tal-gvern
- Tirrikonoxxi id-dritt tal-vot bħala mezz kif jaġixxu u jesprimu ruħhom ċittadini responsabbli
- Tiddeskrivi l-influss bażiku tal-flus fl-ekonomija ta’ komunità
Etajiet: 7–9 sena
Ikkuntattjana fuq [email protected] u aħna niggwidawk għall-passi li jmiss.
