Embrace jappoġġja pazjenti ta’ bejn il-5 u s-17-il sena li qed jirċievu trattament, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, għal mard serju jew li jillimita l-kundizzjoni tal-ħajja, permezz ta’ sessjonijiet fi grupp psikoterapewtiċi.
Dawn is-sessjonijiet, immexxija minn professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali, jipprovdu ambjent sigur fejn it-tfal jistgħu jintegraw ma’ oħrajn, jipproċessaw l-emozzjonijiet tagħhom, u jiżviluppaw strateġiji biex jikkumbattu l-uġigħ fiżiku u emozzjonali assoċċjat mal-mard. Jekk ikun hemm bżonn, tkun offruta wkoll terapija individwali. Fejn ikun meħtieġ, dawn il-pazjenti żgħar jingħataw ukoll appoġġ edukattiv.
Tfal li għandhom bejn 5 snin sa 17-il sena
It-tfal jistgħu jiġu riferuti lill-KVF permezz tal-iskejjel tagħhom, it-tobba, jew professjonisti oħra. Il-ġenituri jew il-kustodji jistgħu wkoll jirreferu lil uliedhom huma stess. Ladarba tidħol applikazzjoni jew formola ta’ referenza, jiġu kkuntattjatiil-ġenituri jew il-kustodji.
