Il-Junior College, apparti li jipprepara lill-istudenti għall-eżamijiet tal-MATSEC għas-suġġetti reġistrati, l-istudenti għandhom il-possibbiltà li jirreġistraw għal Programmi ta’ Arrikkiment.
L-istudenti se jkunu ppreparati biex jagħmlu l-eżamijiet tal-MATSEC fis- suġġetti li jkunu qed jistudjaw fl-iskola. L-istudenti jingħataw rapport ta’ tmiem il-kors kull sena, fejn jiġu indikati l-gradi miksuba għal kull suġġett matul is-sentejn fil-Junior College.
13-16, 17-18
Dati ta' L- Applikazzjoni:
Applikazzjoni Normali: It-Tnejn 27 ta' Lulju 2026 sal-Ġimgħa 7 ta' Awissu 2026 (sas-2.00pm)
Applikazzjoni Tard: L- Erbgħa 12 ta' Awissu 2026 sal-Ġimgħa 21 ta Awissu 2026 (sas-2.00pm)
Applikazzjoni Tard Ħafna: It - Tlieta 1 ta' September 2026 sal-Ġimgħa 23 ta' Ottubru 2026 (sas-2.00pm)
Applika - Ġ.F. Abela Junior College - L-Università ta' Malta
Dokumenti meħtieġa: Jekk l-istudenti jippreżentaw ir-riżultati/ Iċertifikat tal- MATSEC, allura m'hemmx bżonn li jippreżentaw xi forma ta' ċertifikazzjoni oħra. Madankollu, jekk l-istudenti jippreżentaw riżultati minn bordijiet ta' eżamijiet oħra (bħall-GCSE, eċċ.) U MHUX MATSEC, jiġu infurmati biex jippreżentaw iċ-ċertifikat oriġinali / slip tar-riżultat lill-iskola.
