Edukazzjoni Dilemme hija logħba interattiva li timita sitwazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji reali. Intenzjonata għal studenti minn 12-il sena 'l fuq, il-logħba tqiegħed lill-parteċipanti f’sitwazzjonijiet ta’ sfida fejn iridu jimmaniġġjaw ir-riżorsi tagħhom, jibbilanċjaw il-baġit, u jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji għaqlin. Permezz tal-logħob, l-istudenti jiżviluppaw ħiliet essenzjali bħall-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi, u l-ħidma f’tim.
Junior Achievement Malta toffri żewġ modi biex tintroduċi Dilemme fil-klassi: Billi tipprovdi taħriġ komprensiv lill-għalliema biex jintroduċu l-logħba b’mod indipendenti jew billi t-tim ta’ JA jmexxi sessjoni direttament fil-binja tal-iskola
Għanijiet tat-tagħlim jinkludu l-ħila li:
- Timmmaniġġja l-finanzi personali inkluż il-baġit, tfaddil u nefqa għaqlija
- Tiżviluppa l-ħila li tanalizza sitwazzjonijiet u tieħu deċiżjonijiet infurmati
- Tikseb għarfien prattiku ta’ kunċetti ekonomiċi ewlenin, maniġġjar tar-riskju u l-assigurazzjoni
Età: Minn 12-il sena 'l fuq
Ikkuntattjana fuq [email protected] u aħna niggwidawk għall-passi li jmiss.
