Is-servizz ta' Job Coaching fil-Lino Spiteri Foundation huwa mfassal biex jappoġġja individwi b'diżabilità matul l-impjieg tagħhom. Dan jinkludi kemm preparazzjoni qabel l-impjieg kif ukoll appoġġ fuq il-post tax-xogħol. L-għan huwa li tiġi żgurata transizzjoni bla xkiel lejn l-impjieg u r-ritenzjoni tal-impjieg fit-tul permezz ta' appoġġ strutturat li hu ċċentrat fuq il-persuna.
Il-klijenti li jużaw is-servizz ta' Job Coaching se jirċievu appoġġ komprensiv kemm qabel kif ukoll wara li jiksbu impjieg. Qabel l-impjieg, l-individwi huma ggwidati permezz ta’ proċess ta' preparazzjoni, li jinkludi fih kif tinħoloq CV, parteċipazzjoni f’mock interviews, u sessjonijiet individwali maħluqa apposta biex jiffokaw prinċipalment fuq it-tħejjija għax-xogħol, tisħieħ ta’ kunfidenza tal-individwi, u l-iżvilupp tal-ħiliet personali. Dawn is-sessjonijiet huma adattati għall-bżonnijiet u l-abbiltajiet tal-individwu biex jiżguraw li jkun ippreparat sew għall-post tax-xogħol.
Ladarba l-persuna tkun impjegata, il-Job Coach jipprovdi appoġġ fuq il-post tax-xogħol biex jgħin lill-individwu jidra r-rwol tiegħu. Dan jinkludi assistenza prattika fit-tagħlim tal-kompiti tax-xogħol, il-fehim tar-rutini tal-post tax-xogħol, u l-adattament għall-ambjent tal-kumpanija. Il-Job Coach jappoġġja wkoll lill-individwu fl-iżvilupp ta’ ħiliet ta’ komunikazzjoni, it-trawwim ta’ relazzjonijiet mal-kollegi, u l-ġestjoni ta’ kwalunkwe sfida li tinqala’. Hekk kif il-kunfidenza u l-kompetenza tal-individwu jiżdiedu, l-appoġġ jitnaqqas gradwalment, bil-għan li tinkiseb indipendenza sħiħa fil-post tax-xogħol. Dan is-servizz huwa ċċentrat fuq il-persuna, rispettuż, u jghin fl-emanċipazzjoni tal-individju, bil-għan li jiżgura suċċess fit-tul u inklużjoni sinifikanti fis-suq tax-xogħol.
Persuni li huma fl-età tax-xogħol u rreġistrati bħala Persuna b’Diżabilità ma’ Jobsplus.
Individwi li diġà qed jirreġistraw għall-impjieg jistgħu jitkellmu direttament mal-Profiling and Guidance Team assenjat għalihom.
Individwi li huma interessati li jibbenefikaw mis-servizz ta’ Job Coaching offrut mill-Lino nSpietri Foundation iżda għadhom mhumiex f’kuntatt mal-Fondazzjoni huma mħeġġa jikkuntattjawna permezz ta’ wieħed mill-mezzi imsemmija hawn taħt.
Dettalji ta' Kuntatt
Telefon: +356 2220 1761
Email: [email protected]
Mhux Applikabbli
