EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

ICT Summer Student Working Scheme

Ħarsa ġenerali​

L-iSkema tas-Sajf fl-ICT hija opportunità ta benefiċċju reċiproku għall-istudenti li qed jistudjaw l-ICT u min iħaddem mill-Amministrazzjoni Pubblika kif ukoll mill-NGOs.

Din l-iskema tgħin lill-istudenti jiksbu ħiliet tas-seklu 21, benfasi fuq l-għarfien, esperjenza u l-kompetenzi meħtieġa fl-industrija.

Din il-ħidma tas-sajf tippermetti lill-istudenti jpoġġu t-teorija fil-prattika, u tagħtihom vantaġġ meta jibdew impjieg permanenti.


Ghal iktar informazzjoni: ICT Summer Student Working Scheme



X’ser​ tingħata

Din l-esperjenza ta’ xogħol tagħti vantaġġi professjonali, tkabbar il-kunfidenza u toħloq netwerk ta’ kuntatti meta tigi biex issib xogħol permanenti.


Eliġibbiltà​​

L-istudenti kollha tal-ICT jew suġġetti relatati, li għandhom livell minimum ta l-ewwel sena tas-Sixth Form jew MQF Level 4.

Il-placements huma mifruxa fuq medda ta 10 ġimgħat fuq massimu ta 300 siegħa. 

Rati tal-ħlas:

- MQF Level 4 u 5: €8.51

- MQF Level 6 u 7: €9.51

L-istudenti għandhom id-dritt għal pro-rata leave u benefiċċju ta mard ibbażat fuq kemm jaħdmu siegħat.



Kif tapplika​

Issottometti l-applikazzjoni tiegħek online billi tagħżel il-buttuna Applika u segwi l-istruzzjonijiet.

L-applikazzjoni tagħlaq fl-10 ta April fnofsinhar.



Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection