EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Applikazzjonijiet għall-eżamijiet tal-Edexcel

Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz huwa maħsub għal dawk li jridu japplikaw għall- eżamijiet tal-Edexcel.

L-eżamijiet tal-Edexcel jinkludu l-livell tal-IGCSE (qabel magħruf bħala Livell Ordinarju) u l-livell tal-IAL (qabel magħruf bħala Livell Avvanzat) biss.


X’ser​ tingħata

Il-pubbliku ġenerali huma mogħtija l-opportunità li japplikaw għall-eżamijiet tal-Edexcel.


Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.


Kif tapplika​

Ir-reġistrazzjonijiet għas-sessjoni tal-eżamijiet Edexcel London ta’ Ottubru/Novembru 2026 ser ikunu miftuħa kif ġej:

 

Perjodu tal-applikazzjonijiet: 20/07/2026 – 27/07/2026

Żidiet jew kanċellazzjonijiet (bl-email*): 30/07/2026 – 31/07/2026

Applikazzjonijiet tard ONLINE: 07/08/2026 – 10/08/2026

Applikazzjonijiet tard ħafna ONLINE: 28/08/2026 – 31/08/2026

Applikazzjonijiet għal Arranġamenti ta’ Aċċess (bl-email*): 20/07/2026 – 10/08/2026

 

* Ibgħat email lil: [email protected]

Telefon: 25982952

Għal aktar tagħrif u sabiex tapplika għal dawn l-eżamijiet, ġentilment żur is-sit elettroniku tagħna: www.myexams.gov.mt.
 

 

Il-kandidati li għandhom kont tal-e-ID Malti jaċċessaw is-sit elettroniku hawn u jdaħħlu d-dettalji tal-e-ID tagħhom u jagħżlu “Edexcel London” skont kif applikabbli.

Id-dettalji personali li huma disponibbli mill-e-ID jimtlew awtomatikament, għalkemm il-persuna li qed tapplika jkollha ċ-ċans temenda l-indirizz. Dettalji adizzjonali jiġu miżjuda mill-persuna li qed tapplika.

Il-kandidati jridu jagħżlu jekk hux qed japplikaw permezz tal-iskola tagħhom (f’każ tal-istudenti tal-Form 5) jew inkella bħala kandidati privati.

Fil-każ ta’ persuni li qed jissottomettu applikazzjoni għall-eżamijiet tal-Edexcel għall-ewwel darba, dawn għandhom jagħżlu “no” għall-Unique Candidate Identifier (UCI).

Wara jridu jagħzlu s-suġġetti kollha applikabbli billi jagħżlu “add subject” wara kull suġġett.

Meta l-persuna li qed tapplika tkun sodisfatta li s-suġġetti magħżula huma kollha elenkati b’mod korrett, hija tagħfas “submit” u tipproċedi bil-pagament.

Dokumenti meħtieġa

Karta tal-Identità Maltija u li jkollok kont tal-e-ID Malti.


Applika

Kronoloġija

  • Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection