Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz huwa offrut minn trabi sa ħames snin. Jekk it-tifel/tifla qed jesperjenzaw dewmien f’iktar minn qasam wieħed tal-iżvilupp trid timtela applikazzjoni għal-dan is-servizz. Wara l-kunsens tal-ġenituri jsir assesjar sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tat-tfal, umbgħad il-professjonisti tal-Early intervention jibdew jaħdmu mat-tfal sabiex jgħinuhom jilħqu il-miri tal-iżvilupp skond il-bżonn.
X’ser tingħata
Sistema ta’ sapport immirat lejn tfal b’diffikultajiet jew dewmien fl-iżvilupp kif ukoll sostenn għall-familji tagħhom fl-ewwel ħames snin tal-ħajja tagħhom.
Eliġibbiltà
It-tfal huma eliġibbli għas-servizz ta’ intervent bikri jekk għandhom bejn 0 u 5 snin u jkun hemm indikazzjoni ta’:
• dewmien fl-iżvilupp f’żewg oqsma jew aktar ta’ żvilupp (fiżika, komunikazzjoni u lingwa, socjali u emozzjonali, konjittiv u self help skills).
• kundizzjoni b’dijanjozi li għandha probabilta’ għolja li tirriżulta f’diffikultajiet ta’ żvilupp eż. Spina Bifida, awtiżmu jew syndromes.
Kif tapplika
Is-Servizz għal Intervent Bikri għandu sistema ta’ riferiment miftuħa, jiġifieri, ġenituri/tuturi legali, edukaturi minn ċentri tal-kura tat-tfal u skejjel u professjonisti jistgħu jirreferu tfal lis-Servizz għal Intervent Bikri, sakemm jissodisfaw il-kriterji ta’ hawn fuq. Is-servizz jingħata fid-djar tat-tfal jew inkella fiċ-ċentri tal-kuta tat-tfal. Meta t-tfal jibdew jattendu l-iskola fi knejjes tal-gvern, tigi addottata s-sistema ta’ whole school approach. F’dan il-kas ma jkunx hemm iktar il-bżonn ta’ referiment. Fil-kas li t-tfal jattendu skola privata jew inkella dik tal-knisja, is-sistema ta’ riferiment tibqa tigi użata. Is-servizz umbghad jibda jingħata fl iskejjel.