Notifika ta’ mewt tista’ ssir billi wieħed iżur l-Uffiċini tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, binja Onda, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa f’każ ta’ mewt f’Malta u fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, 132, Livell 2, Triq George Borg Olivier, Victoria, jekk il-mewt seħħet f’Għawdex, online billi wieħed iżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt jew bil-posta billi jibgħat email fuq [email protected]. għal Malta jew [email protected] għal Għawdex. .
L-uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku se jassisti lil min jagħmel in-notifika biex jimla l-“Formola tad-Dikjarazzjoni tan-Notifika tal-mewt”. Ma jintalab l-ebda ħlas għan-notifika tal-mewt.
Għal aktar informazzjoni żur https://notifications.identita.gov.mt/
Ladarba l-mewt tiġi notifikata u pproċessata mir-Reġistru Pubbliku, tiġi rreġistrata, u jinħareġ l-Att tal-Mewt. Dan huwa suġġett għall-irċevuta ta’ dokumentazzjoni mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u/jew awtoritajiet oħra. Ladarba l-Att tal-Mewt jiġi rreġistrat min għamel in-notifika jiġi infurmat permezz ta’ SMS jew email. Iċ-Ċertifikat tal-Mewt jista’ mbagħad jiġi ordnat mis-sit elettroniku tar-Reġistru Pubbliku https://certifikati.identita.gov.mt/en/
Il-Pubbliku Ġenerali.
Żur l-uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku fil-Marsa, l-Isptar Mater Dei, fl-Imsida jew fir-Rabat, Għawdex. Tista’ wkoll tinnotifika mewt billi żżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt jew bil-posta billi tibgħat email fuq [email protected] għal Malta jew [email protected] għal Għawdex.
Reġistru Pubbliku
Onda Building
Reġistru Pubbliku
Aġenzija Identità Malta
MARSA [Il-Marsa]
MRS9065
MALTA
Reġistru Pubbliku
Onda Building
Reġistru Pubbliku
Aġenzija Identità Malta
MARSA [Il-Marsa]
MRS9065
MALTA
Reġistru Pubbliku
Onda Building
Reġistru Pubbliku
Aġenzija Identità Malta
MARSA [Il-Marsa]
MRS9065
MALTA
Reġistru Pubbliku
Onda Building
Reġistru Pubbliku
Aġenzija Identità Malta
MARSA [Il-Marsa]
MRS9065
MALTA
Reġistru Pubbliku
Onda Building
Reġistru Pubbliku
Aġenzija Identità Malta
MARSA [Il-Marsa]
MRS9065
MALTA
