Dan is-servizz speċjalizzat jittratta sitwazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal li jinkludi dak fiżiku, traskuraġni, emozzjonali, sesswali u każijiet tat-tfal li jkunu f’riskju. It-tim joffri lezzjonijiet u programmi ta’ prevenzjoni, jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż filwaqt li jipprovdu edukazzjoni, konsultazzjoni, sessjonijiet mal-counsellor fl-iskejjel, mal-familji u mal-edukaturi madwar Malta u Għawdex.
Is-servizz huwa offrut mill-Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
Directorate for Educational Services (DES)
Fra Gaetano Pace Forno Street Hamrun, Malta.
HMR 1101
Tel: 25983497/25983421