EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Servizzi ta' Protezzjoni tat-Tfal

Ħarsa ġenerali​

Is-servizzi tal-ħarsien tat-tfal jittrattaw każijiet ta’ abbuż u negliġenza severa tat-tfal, u meta tfal jidhru li qed isofru minn, jew jinsabu f’riskju ta’, ħsara sinifikanti.


X’ser​ tingħata

Is-servizzi tal-ħarsien tat-tfal jinvestigaw referenzi li jaslu minn diversi sorsi bħal skejjel, Pulizija, tobba u professjonisti oħra, minn sejħiet li jaslu fuq Supportline 179, kif ukoll mill-pubbliku ġenerali. Il-ħaddiema soċjali jagħmlu investigazzjonijiet u valutazzjonijiet kull meta jkun hemm allegazzjonijiet li tfal qed ibatu, jew ikunu f’riskju li jsofru minn ħsara sinifikanti li tirriżulta minn abbuż fiżiku, sesswali, emozzjonali u/jew negliġenza.


Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

  • Ir-rappurtar obbligatorju huwa l-kunċett li bih individwi partikolari, ħafna drabi professjonisti, f'ambjenti formali jew informali f'kuntatt mat-tfal, huma obbligati bil-liġi li jirrappurtaw għarfien jew suspetti qawwija ta' trattament ħażin tat-tfal

 


Kif tapplika​

Ipprintja u imla r-Referenza u ibgħatha bl-email lil [email protected]

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection