Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz joffri sapport lill-istaff tal-iskejjel biex jieħdu l-azzjonijiet neċessarji kontra mġieba ta’ bbuljar, jitfasslu programmi ta’ prevenzjoni sabiex jiġi żgurat ambjent sikur li jgħin fit-tagħlim u l-kuntentizza tal-istudent. Permezz ta’ dawn il-programmi titqajjem kuxjenza, u jingħata għarfien lill-partijiet involuti dwar prattiki restorattivi. Is-sapport huwa estiż għall-istudenti, il-ġenituri u l-istaff.
X’ser tingħata
Servizzi Offruti
- Sessjonijiet one-to-one ma' individwi involuti;
- Sessjonijiet ta' gruppi żgħar;
- Sessjonijiet imfassla apposta biex jindirizzaw diversi sitwazzjonijiet;
- Interventi —fi klassi/jiet;
- Sessjonijiet ta' informazzjoni u taħriġ għall-persunal tal-iskola
- Il-ħolqien ta' inizjattivi fl-iskejjel - il-promozzjoni ta' approċċ skolastiku sħiħ;
- Taħditiet ta' informazzjoni mal-ġenituri
- Laqgħat tat-Tim ta' Tmexxija Għolja (Senior Management Teams);
- Referenza lil membri oħra tat-tim Psikosoċjali;
- Ħidma kollaborattiva ma' professjonisti/entitajiet oħra
L-ibbuljar jista' jieħu dawn il-forom:
- Fiżiku - daqqiet, poking (taqbad ma’ xi ħadd permezz ta’ media soċjali), twaqqa’ jew timbotta, eċċ.
- Verbali – name calling(tgħajjar), insulti, abbuż, eċċ.
- Soċjali - gideb, tixrid ta’ xnigħat, mimicking (tikopja lil dak li jkun), deliberatament jiġi eskluż xi ħadd (ostracizing), eċċ.
- Psikoloġiku - theddid, manipulazzjoni, imġiba ta’ stalking, eċċ.
- Cyber - bl-użu tat-teknoloġija bħal messaġġi, email, (mobiles) , tablets, consoles tal-logħob, chat rooms, siti ta' networking - biex tibbulja verbalment, soċjalment u / jew psikoloġikament.
X'jiġri meta jkun hemm inċident ta' ibbuljar fl-iskola?
- L-istudent jeħtieġ li jitkellem ma' persuna adulta fdata fl-iskola.
- Din il-persuna hija mbagħad responsabbli biex tirreferi l-informazzjoni lit-Tim tat-Tmexxija tal-Iskola, li f’ċertu sitwazzjonijiet il-każ jista’ jiġi riferut lill-għalliema tal-gwida (guidance teachers)..
- Jekk il-problema tippersisti għandha timtela formola ta' riferiment lis-Servizz ta' Kontra l-Ibbuljar, u jsiru aktar interventi minn membru ta' dan is-servizz.
X'jiġri meta jseħħ ibbuljar Ċibernetiku (Cyber Bullying)?
- Tħassarx il-kontenut!
- Issejvja kwalunkwe messaġġ, chats, stampi: ħu screenshot jew 'save as'.
- Jekk possibbli, ipprintja l-evidenza.
- Informa lill-iskola u ppreżenta l-evidenza.
- Ippreżenta rapport fl-għassa tal-pulizija lokali tiegħek – importanti ħu l-evidenza!
- It-taqsima tal-pulizija tas-Cyber Crime jew l-Iskwadra ta' Kontra l-Vizzji tieħu l-azzjoni meħtieġa ladarba jiġi ppreżentat ir-rapport.
Eliġibbiltà
Studenti mis-Sena 1 sas -Sena 11.
Kif tapplika
Is-servizz huwa offrut mill- Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
Directorate for Educational Services (DES)
Fra Gaetano Pace Forno Street Hamrun, Malta.
HMR 1101