EXPLORE MORE

EXPLORE MORE – WEBSITE GĦALL-ISTUDENTI, IL-ĠENITURI/KUSTODJI U L-EDUKATURI MIS - 7 SENA SAL - 11 il - SENA

Explore More hija għodda ta’ Edukazzjoni/Gwida għall-Karrieri li tgħin lill-istudenti ta’ bejn il-11 u s-16-il sena jesploraw lilhom infushom, iwessgħu l-għażliet tal-karriera, jiksbu informazzjoni relatata max-xogħol u jippjanaw it-vjaġġ edukattiv tagħhom. Biex dan ikun possibbli, is-sit online għandu diversi għodod inkorporati, inklużi vidjows minn nies li jaħdmu fl-industrija, it-toroq differenti ghall-karriera u l-korsijiet postsekondarji li s-suġġetti jistgħu jwasslu għalihom, u kwiżż qasir li jgħin lill-istudenti jidentifikaw is-settur/suġġetti tax-xogħol li jinteressawhom. Hemm informazzjoni għall-ġenituri/kustodji, edukaturi u studenti. Il-website hija kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Tista’ taċċessa il-website minn hawn: https://exploremoreproject.eu/.

Il-website għandha 4 funzjonijiet ewlenin:

1. Kwiżż: L-istudenti  għandhom il-possibbiltà li jagħmlu kwiżż li jagħti indikazzjoni dwar l-industriji li l-iktar jistghu jinteressawhom. Il-mistoqsijiet tal-kwiżż huma bbażati fuq it-8 intelliġenzi ta’ Howard Gardner. Ir-riżultat tal-kwiżż huwa mfassal bmod li jinkoraġġixxi lill-istudenti jesploraw aktar il-possibbiltajiet tagħhom.

2. Tiftix tal-Vidjows: L-istudenti għandhom ill-possibbiltà li jduru d-90 vidjow dwar snajja’ u professjonijiet differenti. Il-vidjows jagħtu idea dwar in-natura tax-xogħol u l-ħiliet/kwalifiki meħtieġa għall-professjoni/sengħa partikolari.

3. Mappa interattiva skont l-industriji: L-istudenti  huma mistiedna jużaw l-informazzjoni permezz ta’ mappa interattiva. Il-mappa tikkonsisti fi 13-il industrija li taħthom huma miġbura l-profili tax-xogħlijiet kollha.

4. Magna tat-tiftix: L-istudents għandhom l-possibbiltà li jfittxu ftermini ta’ kors, suġġett u professjoni. Għalhekk, dawk l-istudenti li huma konxji tal-preferenzi taġħhom jistgħu jiksbu aktar informazzjoni dwar ix-xoġħlijiet relatati mal - professjoni/ senġħa tal - ġħazla taġħhom. Il-professjonijiet kollha għandhom abbinati magħhom il-korsijiet meħtieġa f'livell ogħla.